Futbol Sport

Inter jegħlbu lil Cremonese barra minn darhom biex fetħu vantaġġ ta’ tmien punti f’ras il-klassifika

Inter komplew jiftħu vantaġġ f’ras il-klassifika meta barra minn darhom għelbu lil Cremonese bl-iskor ta’ 2-0. Huma fetħu vantaġġ ta’ tmien punti f’ras il-klassifika b’55 punt, b’Milan fit-tieni post b’47 punt, b’partita inqas. Inter marru fil-vantaġġ wara 16-il minuta b’gowl ta’ Lautaro Martinez, qabel fil-31 minuta kien Piotr Zielinksi li rdoppja.

F’partita oħra Torino kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Lecce. Il-gowl uniku tal-partita wasal fid-29 minuta meta minn cross ta’ Nikola Vlasic kien Che Adams li xeħet fix-xibka għal 1-0.

Intant f’partita oħra draw ta’ mingħajr gowls bejn Como u Atalanta. Id-draw ħalla liż-żewġ timijeit fis-sitt u s-seba’ post rispettivament, b’Como b’41 punt u Atalanta 36 punt. Għal Atalnta tkeċċa għalihom il-plejer Honest Ahanor wara biss tmien punti biex lagħbu prattikament il-partita kollha b’għaxar min-nies. Għal Como falla penalty Nico Paz fl-aħħar minuta tal-partita.

Riżultati: Torino v Lecce 1-0, Como v Atalanta 0-0, Cremonese v Inter 0-2, Parma v Juventus t ard.