Lokali

“It-tama trid tissarraf f’ħidma biex niksbu riżultat pożittiv” – Alex Borg

“It-tama rridu nkomplu nsarrfuha f’aktar ħidma biex verament ikollna partit rebbieħ.”

Hekk sostna il-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt attività soċjali li ttellgħet għar-residenti tas-6 distrett fl-Alexandra Hotel f’San Ġiljan. Liema distrett jinkludi l-lokalitajiet tas-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa.

Fid-diskors tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, irringrazzja lill-kumitati, lid-deputati u l-kandidati kollha tas-sitt distrett, li lkoll qed ikomplu jaħdmu biex ikompli jitwassal il-messaġġ ċar tal-partit nazzjonalista.


Alex Borg, sostna li din is-sena hija waħda kruċjali u rridu nxammru l-kmien u nkomplu naħdmu. U minkejja t-tnaqqis fid-distakk li xehdu s-surveys riċenti, xorta waħda għad fadal xi jsir.



Stqarr li jemmen li fis-sitt distrett hemm fejn nikkonvinċu aktar nies jersqu qrib tal-Partit Nazzjonalista – sabiex verament niksbu r-riżultat li jistħoqilna u nirbħu l-elezzjoni ġenerali li jmiss.Stqarr li din tista’ ssir biss flimkien man-nies.

Min-naħa tiegħu is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Charles Bonello, irringrazzja lil kumitat distrettwali għal kontribut tagħhom, Qal kif it-tgħaqid tad-distretti permezz ta’ attvitajiet soċjali u politiċi, qed iħalli l-frott. Temm jappella għall-ħidma konġunta fuq livell distrettwali għax fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa.

Għal din l-attività, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kien akkumpanjat minn Sarah fejn preżenti kien hemm ukoll numru ta’ deputati, kandidati u kunsilliera lokali.