Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lis-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede, il-Kardinal Pietro Parolin, għal laqgħa ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Il-Kardinal Pietro Parolin wassal is-sliem u l-awguri tal-Papa Ljun XIV u nnota b’sodisfazzjon il-koperazzjoni eċċellenti bejn iż-żewġ naħat fuq diversi livelli. Huwa faħħar ukoll ir-rwol ta’ Malta fix-xena multilaterali u l-impenn tagħha favur il-paċi, il-ġustizzja u s-saltna tad-dritt.
Matul il-laqgħa ġiet diskussa s-sitwazzjoni internazzjonali, inklużi l-kunflitti kurrenti u l-isfidi globali, b’enfasi fuq l-prinċipji tal-fratellanza, id-djalogu u r-riforma tas-sistemi multilaterali, fosthom in-Nazzjonijiet Uniti.
Min-naħa tagħha, l-President qalet kif Malta ser tibqa’ impenjata li tħares lejn il-kawżi ewlenin tal-kunflitti filwaqt li tkompli taħdem favur il-paċi u r-responsabbiltà lejn il-komunità internazzjonali.
Preżenti wkoll għal-laqgħa kien hemm l-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede, Frank Zammit.
//= $special ?>

