Internazzjonali

L-Iran jgħid li kull armata Ewropea hija “grupp terroristiku”

L-ispeaker tal-parlament Iranjan, Mohammad Bagher Ghalibaf, stqarr li l-Iran qed jikkunsidra li kull armata Ewropea bħala “grupp terroristiku” Din l-istqarrija waslet bħala ritaljazzjoni għal ftehim riċenti li kien hemm fl-Unjoni Ewropea fil-konfront tal-Iran.

Ghalibaf ikkwota liġi tal-2019 li tagħti saħħa lilu biex għamel din id-dikjarazzjoni iebsa kontra l-Ewropa.

Bħalissa, is-sitwazzjoni fl-Iran qed teskala sew – partikolarment wara li l-armata tal-Istati Uniti bagħtet bastimenti militari qrib tar-reġjun.

Fil-fatt, il-Mexxej Iranjan għadu kif wissa li jekk l-Amerika tattakka, dan ikun ifisser il-bidu ta’ kunflitt akbar.