Lokali

L-ambaxxata tikkonferma li l-familja Pollakka telqet minn Malta

Il-familja tat-tifla Pollakka li tilfet ħajjitha traġikament fiċ-Ċirkewwa, telqet minn pajjiżna lbieraħ.

Dan kien konfermat mill-ambaxxata tal-Polonja f’Malta.

L-ambaxxata rringrazzjat lill-poplu Malti għas-sens kbir ta’ solidarjetà u għall-appoġġ li intwera matul din il-ġimgħa kollha.

“Il-Maltin u l-Pollakki f’Malta urew qalb kbira”, kitbet l-ambaxxata f’komunikat uffiċjali li nħareġ fl-aħħar sigħat.