Futbol Sport

Manchester United jegħlbu lil Fulham b’gowl fl-aħħar minuti… Draw bejn Man City u Tottenham

F’Old Trafford Manchester United għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-2, bil-gowl tar-rebħa jasal fl-aħħar minuta tal-partita. Manchester United marru fil-vantaġġ wara 19-il minuta meta minn freekick ta’ Bruno Feranandes kien Casemirio li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Huma rduppjaw fis-56 minuta meta din id-darba kien Casemiro li għadda lejn Matheus Cunha li xeħet fix-xibka għal 2-0.

Biex imbagħad Fulham kisbu d-draw f’temp ta’ ħames minuti, fil-85 minuta naqqsu d-distakk minn penalty ta’ Raul Jimenez imbagħad fid-90 mintua bi ġmiel ta’ gowl ta’ Kevin. Biex hekk kif il-partita dehret li se tintemm fi draw, kien Bruno Fernandes li sab lil Benjamin Sesko fil-kaxxa, li dar tajjeb u xeħet il-ballun fl-anglu tax-xibka biex tefa’ lill-partitarji f’dillirju ta’ ferħ.

Draw ta’ 2-2 bejn Manchester City u Tottenham jagħti vantaġġ ta’ sitt punti lil Arsenal f’ras il-klassifika. Kienu Manchester City li ħadu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima b’gowls ta’ Ryan Cherki u  Antoine Semenyo. Rimonta minn Tottenham fit-tieni taqsima b’doppjetta ta’ Dominike Solanke.

Riżultati: Aston Villa v Brentford 0-1, Man Utd v Fulham 3-2, Nott Forest v C.Palace 1-1, Tottenham v Man City 2-2 Għada: Sunderland v Burnley 9.00pm