Il-Laburisti u n-Nazzjonalisti jaqblu li l-inqas wieħed li jgawdi fiduċja huwa Anton Refalo
Il-fiduċja li għandu l-poplu fil-Ministri ta’ Robert Abela naqset sew meta kkumparat mas-sena preċedenti. Dan ħareġ minn stħarriġ imwettaq mill-gazzetta MaltaToday fejn il-Ministru Chris Bonett huwa l-aktar wieħed li dawk li ma vvotawx fl-aħħar elezzjoni ġenerali m’humiex sodisfatti bih.
Wara l-Ministru tat-traffiku, l-inqas fiduċja qed tintwera fil-Ministri Clint Camilleri, Jonathan Attard u Silvio Schembri.
L-aktar wieħed favorit fosthom kollha huwa l-Ministru Clyde Caruana, deskritt bħala wieħed li ma jiddejjaqx jgħid tiegħu; minkejja li jidher li jkun qed imur kontra n-narrattiva tal-Prim Ministru. Bl-aktar każ riċenti jkun meta tkellem apertament kontra s-sistema ta’ trasport tal-massa, fejn wissa b’mod dirett lil Robert Abela.
Intant, sitt Ministri preżenti rreġistraw nuqqas ta’ fiduċja ġenerali fost il-pubbliku – l-inqas wieħed li hemm sodisfazzjon dwaru huwa l-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici, segwit mill-Ministri Anton Refalo, Chris Bonett, Stefan Zrinzo Azzopardi, li diġà ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta, Clint Camilleri u Jonathan Attard. Imbgħad, hemm anke Ministru preżenti li l-inqas huma sodisfatti bih kemm il-partitarji Laburisti kif ukoll dawk Nazzjonalisti – u dan huwa l-Ministru Anton Refalo.
//= $special ?>

