Futbol Sport

Valletta idawwru r-riżultat u jegħlbu lil Naxxar wara li kienu żewġ gowls minn taħt

Ritratt: Andrew Grima

VALLETTA ……………….. 4

NAXXAR LIONS ……….. 2

Valletta: A.Aguero, B.Paiber, J.Azzopardi, Y.Yankam, K.Brewer, A.Basher, E.Mbende, N.Micallef, Y.Messias, S.Radic

Naxxar L: M.Debono, P.De Souza, F.De Campos, M.Fenech, M.Pahama, V.Souza, E.Montero, R.Pereira, M.Micallef, V.Ferreira, V.Moura

Referee: V.Rizoski

Assistenti Referees: M.Scerri

Fit-Tony Bezzina Stadium Valletta dawwru telfa f’rebħa biex għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 4-2. Kienu proprju Naxxar li marru fil-vantaġġ wara 4 minuti meta minn cross mix-xellug kien Emilio Montero li daħal tajjeb u għeleb lil Aguero għal 1-0.

Naxxar irduppjaw fil-31 minuta meta kien Ferreira de Jesus li xeħet fil-kaxxa lejn Pahama li għadda lejn Souza dos Santos li għeleb lil Aguero għat-tieni darba għal 2-0. Erba’ minuti wara Valletta naqqsu d-distakk meta Yannick Yankam għadda lejn Basher li minn pożizzjoni komda ma żbaljax. Naxaxr spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta tkeċċa’ għalihom Perreira da Silva.

Valletta kisbu d-draw fis-57 minuta meta reġa’ kien Basher li kkonkluda fix-xibka għal 2-2. Żewġ minuti wara Valletta marru fil-vantaġġ meta kien Yuri Messias li b’xutt minn barra l-kaxxa rgħeleb lil Matthias Debono għal 3-2. Biex fl-64 minuta reġa’ kien Messias li mill-ħdax-il metru għamilhom 4-2.

ZABBAR ST.PATRICKS ….. 0

FLORIANA ………………….. 3

Zabbar STP: M.Issule, M.Soldo, S.Cejas, N.Agius, J.Micallef, A.Ayom, S.Jovancic, Z.Leonardi, R.Scicluna, K.Scicluna, J.Pisani

Floriana: G.Cioletti, M.Beerman, J.Grech, K.Dervisagic, N.Varela, D.Vella, A.Kurtalic, O.Spiteri, M.Jan, I.Perreira, M.Veselji, I.Perreira Mendonca

Referee: E.Grech

Assistenti Referees: L.Portelli, D.Castillo