Futbol Sport

L-attakkant ta’ Mosta Almamy Kanitao b’self ma’ Standard Liege fil-Belġju

Il-paġna ta’ Replay tikkonfermat storja oħra esklussiva ta’ trasferiment ta’ plejer żagħżugħ, din id-darba mhux Malti, li minn Malta misten n jkompli l-bqija ta’ dan l-istaġun ma’ ma’ Standard Liège fil-Belġju.

L-attakkant Mosti ta’ 19-il sena, Almamy Kanitao hu qrib li jitħabbar bħala plejer ta’ Standard Liège; l-istess klabb li magħhom hemm jilgħab l-internazzjonali Malti, Teddy Teuma. Kanitao hu wieħed mit-talenti l-aktar interessanti li għandhom Mosta, u li dan l-istaġun kien qed jilgħab l-aktar fit-tim tal-Youths.

Madankollu l-iskorer prolifiku mil-Mali, diġa’ lagħab f’erba’ partiti mat-tim tal-kbar ta’ Mosta, filwaqt li hu wieħed mill-aqwa plejers b’talent li għadna jispikkaw f’sezzjoni A tal-Kampjonat tal-Youths f’Malta.

Dan l-istaġun, Mosta jinsabu fit-tielet post f’dan il-Kampjonat, u Kanitao diġa’ skorja tliet darbiet. Kanitao hu meqjus bħala plejer li għandu kwalitajiet ta’ attakkant li jispikkaw u dan kien konfermat mill-fatt li l-klabb fl-ogħla diviżjoni Belġjana, Standard Liège, wara li stieden lil Kanitao għal għaxar t’ijiem ta’ prova magħhom, huma ħadu d-deċiżjoni li jżommuħ sat-tmiem ta’ dan l-istaġun, b’option li jakkwistawħ għal kollox fit-tmiem ta’ dan l-istaġun.

Hu fatt li Mosta sar klabb f’Malta, magħruf għall-opportunitá li jagħti lil plejers ta’ etá tenera u li jkunu ġejjin mill-Afrika, bl-objettiv li f’pajjiżna juru l-kwalitajiet tagħhom u l-esperjenza f’pajjiżna tkun ta’ vetrina għalihom biex ikomplu l-karriera tagħhom f’pajjiż aqwa minn Malta u fl-Ewropa. Sintendi dan ifisser ukoll li l-klabb Malti qed jibbenefika minn kumpenss finanzjarju, li sa ftit tas-snin ilu ftit jew rari għall-klabbs Maltin.

Il-paġna ta’ Replay ikkonfermat ukoll li Mosta laħqu qbil għas-self ta’ Kanitao ma’ Standard Liège, wara li dawn tal-aħħar aċċettaw it-talba finanzjarja li għamlu Mosta lill-Belġjani. Kanitao m’huwiex l-ewwel plejer mil-Malti li ġie f’Malta ma’ Mosta u espanda l-karriera tiegħu lilhinn minn pajjiżna. Riċenament kien l-isem tal-midfielder difensiv, Boubakary Diarra.