Lokali Qorti

Akkużat bi traffikar ta’ kannabis u jinżamm arrestat

Grieg ta’ 30 sena ġie akkużat fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Nadia-Helena Vella b’rabta ma’ allegata pusses u traffikar ta’ kannabis, wara operazzjoni tal-pulizija marbuta ma’ Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġa kontra raġel ieħor.

Nikolaos Tholiotis ġie akkużat bil-pusses ta’ kannabis f’ċirkostanzi li jindikaw li ma kienitx għall-użu personali, traffikar tad-droga, u assoċjazzjoni ma’ oħrajn biex jbigħ jew jitraffika il-kannabis f’Malta. Huwa nnega l-akkużi kollha.

Il-każ beda fis-28 ta’ Jannar 2026, meta l-pulizija kienu qed iwettqu Mandat ta’ Arrest Ewropew kontra Luis Vogt, ta’ nazzjonalità Ġermaniża f’residenza li kienet taħt sorveljanza. L-uffiċjali sabu 19-il pjanta kannabis fil-propjetà.

F’jiem qabel l-arrest, uffiċjali osservaw tliet persuni, inkluż Tholiotis u Vogt, joħorġu mill-propjetà jġorru borża lejn mutur mikri. Wara li skoprew l-indirizz ta’ Tholiotis, il-pulizija marru fir-residenza tiegħu fis- Swatar, fejn Nikolaos kollabora. Matul tfittxija fid-dar, il-pulizija sabu ċ-ċwievet ta’ vettura mikrija fejn l-akkuħat ikkonferma li kienet mikrikja f’ismu.

Din kienet ipparkjata ġewwa Paceville u fiha nstabet ukoll xi droga. Ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant il-Grieg ittieħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Nico Zarb, assistit mill-Avukat Valentina Cassar mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati difensuri Matthew Xuereb u Alex Scerri Herrera rappreżentaw lill-akkużat.