Il-Partit Nazzjonalista jinnota li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ċaħad kompletament l-ilment imressaq kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg u kkonferma li l-Ministri effettivament ingħataw żieda fil-pagi tagħhom.
Id-deċiżjoni tal-Kummissarju tikkonferma b’mod ċar li d-dikjarazzjonijiet ta’ Alex Borg kienu bbażati fuq l-istimi finanzjarji ppubblikati mill-Gvern stess.
Il-Kummissarju jikkonferma wkoll li l-Ministri effettivament ħadu żieda fil-paga u li, għaldaqstant, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qed jgħid il-verità, għall-kuntrarju tan-narrattiva mxerrda mill-Gvern u l-media Laburista.
Dan il-każ juri, għal darba oħra, kif il-Labour jippreferi jattakka lill-Oppożizzjoni minflok jindirizza l-fatti, u kif juża n-narrattiva u d-diżinformazzjoni biex jgħatti realtajiet li jolqtu direttament lill-poplu Malti, speċjalment fi żmien meta tant familji qed ibatu mill-għoli tal-ħajja.
Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jappella lill-Gvern u lill-Partit Laburista biex ikunu onesti mal-poplu Malti, u jużaw il-ħin tagħhom biex jindirizzaw il-problemi li qed jiffaċċjaw il-familji Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>

