Kultura Kurżitajiet

Jiftaħ uffiċjalment il-Karnival ta’ Venezja

Il-Ħadd filgħodu, fil-kanali ta’ Venezja, fetaħ uffiċjalment wieħed mill-aktar Karnivali popolari fid-dinja.

‘Il-Festa Venezjana’ saret fil-Canal Grande fejn kien hemm bosta dgħajjes tradizzjonali.

Folla kbira ħonqot il-qalba ta’ Venezja biex tara l-bidu ta’ dan il-Karnival.

L-inawgurazzjoni ta’ dawn il-festeġjamenti fil-belt ta’ Venezja laħqet il-qofol tagħha viċin il-pont Rialto. U din is-sena qed tispikka t-tema Olimpika; marbuta mal-Olimpjadi tax-Xitwa li jiftħu propju din il-ġimgħa f’Milan u Cortina.