Paul Bradley Crimeni, Kanadiż ta’ 66 sena ma nstabx ħati mill-Maġistrat Elaine Rizzo li f’Ġunju tal-2021 importa eluf ta’ sigaretti b’sustanza illegali. il-Qorti qalet li kellha tiġi konfrontata ma’ evidenza dwar diversi prodotti tal-cannabis u CBD misjuba fid-dar tiegħu.
L-espert xjentifiku Gilbert Mercieca spjega kif il-kejl dwar il-livell ta’ THC fis-ċigaretti u l-likwidi kienu suġġetti għal dak li sejjaħ “inċertezza fil-miżura” ta’ madwar 20%, jiġifieri hemm marġni ta’ dubju dwar kemm THC kien preċiżament fl-istess sustanza. Dan il-marġni kien essenzjali biex jintuża fil-valutazzjoni legali tal-prodotti.
Is-sigaretti TAAT menthol, li kellhom kejl ta’ 0.24% THC, wara li ttieħdu in konsiderazzjoni il-marġni ta’ inċertezza, il-valur minimu possibbli kien 0.19%, li kien taħt il-limitu legali ta’ 0.2% skont il-liġi Maltija wara l-emendi li daħlu fil-liġi fl-2025.
Għaldaqstant, il-Qorti sabet li dawn il-cigarettes u l-likwidi CBD mhux psikoattivi ma kinux illegali u ma setgħux jikkostitwixxu fundament għal akkużi ta’ traffikar jew importazzjoni. L-attenzjoni marret lejn dak li jissejjaħ il-‘HOLY WEED’ Pure CBD pre-rolls, li kellhom kejl ta’ THC ta’ 0.36%.
Wara applikazzjoni tal-inċertezza fil-miżura, il-valur minimu possibbli kien 0.29%, li għadu jaqbeż il-limitu legali, u għalhekk dawn il-cigarettes kienu meqjusa bħala cannabis illegali skont il-Kap. 101 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Madankolli fid-dar tal-akkużat instabu biss 9 pre-rolls miftuħa, flimkien ma’ pakkett ieħor ta’ ‘HOLY WEED’ li kien legalment permess. Il-Qorti osservat li dawn prodotti kienu użati personali, billi kien hemm konsum preċedenti, ma kien hemm ebda evidenza ta’ traffikar, u l-marketing preżenti kien għal prodotti TAAT u mhux HOLY WEED.
Il-Qorti ssib li l-akkużi ta’ importazzjoni u traffikar ma kellhomx bażi legali peress li s-sustanzi ma jikkwalifikawx bħala illegali. Fir-rigward tal-akkuża ta’ pusses taħt ċirkostanzi li ma jindikawx użu personali, il-Qorti ma sabetx prova suffiċjenti biex tagħmel konklużjoni mingħajr dubju raġonevoli, u għalhekk l-akkużat ġie lliberat.
Anke l-akkuża ta’ pusses sempliċi ma setgħetx tiġi provata minħabba li l-prosekuzzjoni ma pprovatx li l-piż ta’ dawn il-9 cigarettes jaqbeż is-7 grammi permessi għal użu personali. B’hekk, il-Qorti kkonkludiet li l-akkużat Marc Paul Bradley Crimeni għandu jiġi lliberat kompletament mill-akkużi kollha, u ma ħadetx kont ta’ l-oħrajn akkużi ta’ importazzjoni, traffikar u possessjoni sempliċi, peress li dawn il-reati ma baqgħux illegali wara l-emendi fil-liġi.
Fl-aħħar, il-Qorti ordnat ukoll li l-ordni ta’ ffriżar fuq l-akkużat tiġi rilaxxata wara li s-sentenza ssir definitiva. Il-Kanadiż kien ġie arrestat minn Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li ġew infurmati minn uffiċjali tad-Dwana li kienu waslu tliet kaxxi bil-posta li fihom kien hemm madwar 18,000 sigarett b’sustanza illegali suspetta li hi ħaxixa tal-kannabis. Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li s-sigaretti kienu indirizzati lill-Kanadiż li jgħix is-Swieqi.
Minn aktar tfittxijiet li saru fir-residenza tar-raġel, instabu aktar prodotti magħmula minn estratti tal-kannabis u ammont ieħor ta’ sigaretti simili għal dawk li waslu bil-posta. Rigward l-akkużi l-Qorti ikkunsidrat il-“inċertezza fil-miżura” spjegata mill-espert Gilbert Mercieca.
Mercieca qal li l-qoxra THC tista’ tinbidel ±20% mill-valur imkejjel. Il-Qorti riferiet għal linji gwida tar-Renju Unit (Forensic Science Regulator Act 2021, s5A Road Traffic Act 1988) u gwida UNODC, li jindika li r-riżultati analitiċi għandhom iħarsu l-inċertezza biex jiġi żgurat li huma affidabbli. Is-sigaretti TAAT menthol ma jikkostitwixxux cannabis legalment. Konsegwentement, it-TAAT kollha (Original, Smooth, Menthol) u l-likwidi CBD mhux psikoattivi (<0.2% THC) mhumiex illegali.
Importazzjoni u Traffikar li ġew importati 18,000 TAAT cigarettes + 2 likwidi ma jikkwalifikawx bħala cannabis skont il-liġi attwali. Il-Qorti qalet ma tieħidx kont ta’ dawn l-akkużi. Dwar it-tielet akkuża pussess mhux għal użu personali, l-evidenza hi ta’ biss 9 HOLY WEED pre-rolls. Għall-akkużat dehru l-Avukati Gianella Demarco u Stephen Tonna Lowell.
//= $special ?>

