Fi Stadio Friuli Udinese ħasdu lil Roma meta għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fid-49 minuta meta kien Jurgen Ekkelenkamp li b’xutt devjat mid-distanza għeleb lil Mile Svilar għal 1-0. B’din ir-rebħa Udinese telgħu fid-disa’ post tal-klassifika bi 32 punt filwaqt li Roma baqgħu fil-ħames post bi 43 punt.
//= $special ?>Rebħa minima għal Udinese fuq Roma


