Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, iltaqgħa ma’ rappreżentanti ta’ MedTech World biex jiddiskutu l-edizzjoni li jmiss, li ser issir f’Dubai u li se tagħti importanza lis-saħħa mentali, lit-teknoloġija, u l-politika globali.
L-avveniment f’Dubai se jinkludi panel bit-tema “The Digital Mental Health Revolution: Innovation, Integration & Global Impact”.
Il-laqgħa, fil-bini tal-Parlament, saret fi żmien li MedTech World ħabbret sħubija ma’ World Leaders for Mental Health – li se ssir f’Dubaj bejn it-11 u t-13 ta’ Frar.
Dan il-panel se jkollu fih Nabhit Kapur, President ta’ World Leaders for Mental Health, tal-Indja, u Ambaxxatur fl-organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fiNew York. Il-panel se jesplora kif għodod diġitali, kura appoġġjata bl-AI, u servizzi virtwali tas-saħħa mentali jistgħu jiġu integrati b’mod effettiv fis-sistemi tas-saħħa.
Alex Borg innifsu ilu membru ta’ World Leaders for Mental Health għal aktar minn sena u għalhekk, jista’ jifhem aktar l-importanza li Malta jkollha rwol f’dan id-djalogu internazzjonali. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li pajjiżna għandu rwol importanti f’dan id-djalogu globali għax is-saħħa mentali trid tkun prijorità fis-sistemi tas-saħħa. Dawn l-isfidi ma jħarsux lejn uċuħ u jistgħu jaffettwaw lil kulħadd.
Intant, il-Kap Eżekuttiv u Ko-Fundatur ta’ MedTech World, Dylan Attard, enfasizza li din is-sħubija tirrifletti impenn li jmur lil hinn mill-għarfien u jħares lejn soluzzjonijiet prattiċi; li jistgħu jiġu appoġġjati kemm mit-teknoloġija kif ukoll mill-policies.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Robert Cutajar u x-Shadow Minister, għall-Kura Preventiva u Primarja, Ian Vassallo.
//= $special ?>

