Waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li saret illejla, il-PN kompla japprova aktar kandidati għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Tul il-laqgħa tal-lum fid-Dar Ċentrali, ġie approvat kandidat ieħor ġdid:
- Edmond Cuschieri fuq it-Tmien Distrett Elettorali
Edmond Cuschieri huwa avukat minn Birkirkara. Huwa eks pulizija ta’ 48 sena, miżżewweġ b’tifel ta’ 17-il sena. Edmond se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-PN għall-ewwel darba.
Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg irringrazzja lill-kandidati kollha li ġew approvati sa issa kif ukoll lil oħrajn li diġà wrew interess li jkunu parti mit-tim tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali u li se jkunu approvati fil-ġimgħat li ġejjin.
Bl-approvazzjoni ta’ dan il-kandidat ġdid, in-numru ta’ kandidati approvati sa issa biex jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss f’isem il-Partit Nazzjonalista issa tela’ għal 28. Il-proċess biex jiġu identifikati u approvati aktar kandidati għadu għaddej. It-tim ta’ kandidati tal-PN jinkludi wċuħ ġodda, oħrajn li diġà kkontestaw mal-PN f’elezzjonijiet preċedenti, nisa u żgħażagħ kif ukoll numru ta’ kandidati Għawdxin.
//= $special ?>

