Lokali Parlament

Il-problemi tan-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli qed toħloq problemi ta’ ansjetà soċjali

Ivan Bartolo, PN

Id-Deputat Nazzjoalista Ivan Bartolo sostna fil-Parlament li l-problemi tan-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli qed toħloq problemi ta’ ansjetà soċjali.

Dan illum, il-prezz tal-bini sar problema kemm fix-xiri kif ukoll fil-kirjiet, qal Ivan Bartolo, li kompla li l-prezzijiet tal-kirjiet żdiedu anki minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni. Dan wassal biex daħal ukoll il-kunċett tal-akkomodazzjoni konġunta li ħolqot kundizzjonijiet ħżiena fost l-inkwinini.

Ivan Bartolo qal li l-persuni li jħossuhom importanti ġabu żieda qawwija fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni. Il-mudell ekonomiku tal-aħħar 13-il sena wassal għal vantaġġi għal ċerti persuni iżda kien ta’ detriment għal oħrajn speċjalment għal dawk li baqgħu lura fil-ħajja. Jeħtieġ li dan il-mudell ekonomiku jinbidel, sostna Ivan Bartolo, li kompla li mill-2017 ‘il hawn il-prezz tal-propjetà żdied b’40%; 6% kull sena.

Ivan Bartolo sostna li dan qed joħoq ansjetà u qal li l-KPMG qalu li persuni single ta’ certu età ma jaffordawx 95% tal-propjetà. Hu qal li dawn huma sfidi li għandha s-soċjetà u minkejja r-riforma tal-krijiet, il-problema ma ssolvietx. Hemm ukoll il-problema li ċertu nies jispiċċaw bla dar. L-ispazji fid-djar ukoll mhumiex adegwati.

Hemm ukoll persuni li kienu mwiegħda post mill-gvern iżda sal-lum għadhom barra, sostna Ivan Bartolo, li kompla li t-800 persuna jgħixu barra ma jistgħux jgħidu li l-budget kien tajjeb. L-ikwilini li ħolmu li jsiru sidien ta’ dahrom baqgħu fejn huma anki r-rati żdiedu.

Ivan Bartolo kompla li dan iġib problemi ta’ saħħa mentali u fiżika u qal li għal dawn in-nies il-budget seta’ ma ġie xejn. Hu qal li minkejja l-kampanja ‘Ħabbtilna,’ l-budget ma fetħilhom l-ebda bieb. Eluf ta’ żgħażagħ qed isibuha iktar diffiċli biex jixtru darhom anki dar li ma jkunux kbar ħafna. Il-prezzijiet tal-proprjetà splodew fl-aħħar sitt snin; din l-isplużjoni mhijiex relatata mal-pagi tal-ħaddiema.

Ivan Bartolo kompla li l-prezzijiet tad-djar f’Malta kienu ogħla mill-medja Ewropea u żied li l-gvern ma setax iħalli s-sussidju tal-kera kif kien għaliex dawn żdiedu immensament. L-għajnuna ta’ veru tfisser li l-flus imorru fil-but ta’ din għandu bżonn.

Hu qal li jrid ikun ikkunsidrat li bejn l-2022 u l-2024 il-kirjiet żdiedu b’€200 fix-xahar. In-nies li jaħdmu u li huma fil-faqar qed jiżdiedu, sostna Ivan Bartolo, li kompla li dan qed joħloq ansjetà fost dawn il-persuni. Ir-regoli huma li biex dawn japplikaw għal djar soċjali jrid ikollhom bażi ta’ dħul u indirizz iżda meta ma jkollhomx allura dawn jispiċċaw barra fit-triq. Il-verità hi li dawk li għandhom bżonn l-iktar huma dawk li jridu jkunu l-iktar megħjuna, sostna Ivan Bartolo.