Internazzjonali

Illum jibda l-ġuri ta’ Marius Hoiby, it-tifel tal-Prinċipessa tan-Norveġja

It-tifel tal-prinċipessa tan-Norveġja, Marius Borg Hoiby, kien arrestat eżatt qabel ma kellu jibda l-ġuri tiegħu dwar stupru.

Dan hekk kif ommu wkoll qiegħda taffaċja pressjoni dwar ir-relazzjoni tagħha ma’ Jeffrey Eptstein.

Il-pulizija tad-distrett ta’ Oslo qalu li Holby kien arrestat il-Ħadd filgħaxija fuq suspett li għamel theddid b’sikkina u li kiser ordni ta’ trażżin.

Il-ġuri li se jibda llum mistenni jdum 7 ġimgħat.

Hoiby li għandu 29 sena, qed jaffaċja 38 akkuża li jinkludu 4 akkużi ta’ stupru, abbuż ta’ vjolenza domestika tas-sieħba li kellu, u li ffilmja b’mod illegali numru ta’ nisa mingħajr il-kunsens tagħhom.

Hoiby ċaħad kull akkuża, inkluż dawk dwar abbuż sesswali.