Sewwieq ta’ vann li għandu 59 sena jinsab l-isptar wara li kien involut f’ħabta head-on fil-Mellieħa u spiċċa sofra xi ġrieħi.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-15:30 pm, fi Triq il-Wilġa, l-Manikata, limiti tal-Mellieħa.
Irriżulta li r-raġel li kien qed isuq vann tat-trasport tal-passiġġieri, baqa’ dieħel fuq minibus li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 38 sena, li ma sofriex ġrieħi.
Fuq il-post issejħu l-pulizija sabiex jassist kif ukoll Membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lir-raġel ta’ 59 sena mill-vettura. Aktar tard ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar assistenza medika.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

