Lokali

Investigat każ ta’ allegat hacking fuq is-sistemi elettroniċi tal-Gozo Channel

Mill-arkivji

Net News jinsab infurmat li l-Pulizija ġabru xi kompjuters mill-kumpanija Gozo Channel u fetħu investigazzjoni wara li l-kumpanija sofriet cyber attack.

Is-sorsi tagħna indikaw li dan l-allegat hacking seħħ ilbieraħ.

Fil-fatt, is-sistema tal-biljetti spiċċat waqfet għal xi ħin u anke l-ħlasijiet ma setgħux isiru b’mod elettroniku. Dan affetwa l-operat tas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer. Tant li l-ħaddiema bdew jaċċettaw biss flus kontanti, u s-sistema li tintuża ssoltu weħlet kompletament.

Il-kumpanija minn naħa tagħna ma ħarġet ebda komunikat formali.