Futbol Sport

Jefferson de Assis se jkompli l-karriera tiegħu fl-ogħla diviżjoni fil-Kuwajt

Ritratt: Matthias Brancaleone

L-eks plejer ta’ Valletta Football Club, u ta’ klabbs oħra f’Malta u f’Għawdex, Jefferson, iddeċieda li jkompli l-karriera tiegħu bħala plejer fl-Asja tal-Punent, meta ffirma mal-klabb mill-ogħla diviżjoni tal-Kuwajt, Al-Jahra SC.

Din l-aħbar ixxejjen kull probabiltá li kien hemm min tkellem dwarha, ċioċ li l-attakkant Brażiljan ta’ 31 sena, kien se jissieħeb ma’ klabb ieħor mill-Malta Premier. Fil-bidu ta’ dan l-istaġun, Jefferson kien irritorna jilgħab f’Malta ma’ Valletta, iżda l-prestazzjonijiet tiegħu kienu ‘l bogħod minn dawk li konna drajna naraw fil-passat mill-istess plejer, speċjalment meta kien ma’ Gżira United.

Jefferson innifsu kien assuma r-responsabiltá tal-prestazzjonijiet tiegħu fejn saħanistra kien iddeskriva ż-żmien attwali li għaddej minhu fil-futbol, fost l-aktar diffiċli li qatt għadda minhu bħal plejer.

Għal Jefferson din se tkun l-ewwel darba li se jkun qed jilgħab fil-Kampjonat tal-Kuwajt, iżda mhux l-ewwel darba li se jkun mar jilgħab f’pajjiż tal-Asja tal-Punent. Ftit tas-snin ilu, Jefferson kien qed jilgħab fl-Emirati Għarab Maqħuda, fejn kien plejer ta’ Al-Fujairah SC, fl-UAE Pro League.

F’Malta, Jefferson lagħab 127 partita fil-Malta Premier u skorja 56 gowl.