L-eks Ministru Laburista u konsulent politiku veteran, Peter Mandelson, irriżenja mill-House of Lords ta’ Londra ftit tal-ħin ilu…Dan wara li kienu żvelati numru ta’ emails skandalużi li kixfu r-rabtiet li kellu ma’ Jeffrey Epstein…Il-biljunarju Amerikan li għal snin kien jittraffika lill-minorenni għall-iskopijiet sesswali….Pedofelu li kien instab mejjet f’ħabs tal-Istati Uniti f’Awwissu tal-2019.
Jeffrey Epstein kien ukoll finanzjatur mill-aktar influwenti u fejn, fost il-ħbieb tiegħu, kien hemm uħud mill-aktar personalitajiet sinjuri u famużi fid-dinja.
Intant, Mandelson, fl-aħħar sigħat, spiċċa mkeċċi mill-Partit Laburista Britanniku minħabba l-provi li hu, snin ilu, kien għadda personalment l- informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet sensittivi u kunfidenzjali tal-Gvern Britanniku lill-istess Jeffrey Epstein.
Sadanittant, il-Prim Ministru Britanniku, Keir Starmer, issa, għadda dossier partikulari lill-pulizija dwar l-aġir ta’ Starmer…. Ir-riżultat inevitabbli wara l-iskoperta li Mandelson kien bagħat l-emails lil Epstein dwar il-briefings li hu kien irċieva mingħand l-eks-Prim Ministru Gordon Brown, fi żmien meta hu kien Segretarju Britanniku responsabbli mill-Kummerċ.
L-emails inkwistjoni fost oħrajn kienu dettaljaw l-azzjonijiet li ħa l-Gvern Britanniku ta’ dak iż-żmien (taħt Brown) biex ir-Renju Unit itaffi l-impatt tal-kriżi finanzjarja globali.
Keir Starmer, waqt laqgħa tal-Kabinett, illum, qal li jħossu xxukkjat ħafna dwar il-leaks ta’ Mandelson relatati mat-tmexxija ta’ pajjiżu. Dam waqt li Starmer i introduċa leġislazzjoni biex l-eks-Ministru jitneħħielu l-‘peerage’ (l-isħubija fil-House of Lords) mill-aktar fis.
Ftit wara, l-Ispeaker tal-House of Lords ħabbar b’mod uffiċjali r-riżenja ta’ Peter Mandelson mill-House of Lords…Riżenja li tidħol fis-seħħ uffiċjalment minn għada l-Erbgħa.
Madankollu, Mandelson xorta (għalissa) se jibqa’ iżomm it-titlu ta’ ‘Lord’ u li jista’ jitneħħielu biss permezz ta’ mozzjoni approvata mill-House of Commons (Parlament) ta’ Londra.
//= $special ?>

