Fit-Teatru La Scala ta’ Milan saret iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-145 Sessjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Fost l-udjenza fit-Teatru ikoniku ta’ Milan fil-preżenza tal-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Kirsty Coventry, kien hemm il-President Onorarju tal-KOI Thomas Bach, il-Membri u l-Membri Onorarji tal-KOI, il-President tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali Taljan, Luciano Buonfiglio, il-President tal-Kumitat Organizzattiv ta’ Milano Cortina 2026, Giovanni Malagò, u r-rappreżentanti tar-reġjuni u l-bliet ospitanti.
F’isem l-atleti, u tal-komunità Olimpika kollha, Kirsty Coventry esprimiet ir-ringrazzjament u l-gratitudni fl-Organizazzjoni tal-Olimpijadi Milano – Cortina.
Il-President tar-Repubblika Taljana, Sergio Mattarella, fl-indirizz tiegħu tenna s-sentimenti li l-isport ifisser laqgħa fil-paċi u jixhed il-fraternità f’kompetizzjoni leali ma’ ħaddieħor. Huwa l-kuntrarju ta’ dinja fejn jipprevalu l-ostakli u n-nuqqas ta’ komunikazzjoni.
It-Teatro alla Scala ikoniku ta’ Milan offra merħba spettakolari għall-ftuħ tas-Sessjoni tal-KOI fejn ġiet iċċelebrata l-kultura Taljana bid-Direttur Mużikali rinomat ta’ La Scala, Riccardo Chailly, li wassal programm mużikali ddedikat lil żewġ ġganti tal-opra Taljana: Gioachino Rossini u Giuseppe Verdi.
//= $special ?>

