Lokali Parlament

Quddiem il-vjolenza domestika, m’għandiex tkun il-vittma li titlaq mid-dar

Albert Buttigieg, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Albert buttigieg sostna fil-Parlament li quddiem vjolenza domestika, m’għandiex tkun il-vittma li titlaq mid-dar.

Hu qal lkoll naqblu lit-tfal tagħna mhux biss huma l-preżent u ta’ pajjiżna. Għaldaqstant, kull investiment fil-ħarsien tat-tfal huwa investiment fil-futur ta’ dan il-pajjiż.

Għalkemm fil-maġġoranza t-tfal huwa mħarsa u maħbuba, jibqa’ l-fatt li għandha numru ta’ tfal li qegħdin jgħixu f’vulnerabbiltà. Dawn meta jikbru mhux biss se jġorru din il-vulnerabbiltà imma wkoll ikunu huma stess li joħolqu vulnerabbiltà lil ħaddieħor. Għaldaqstant, ma nistgħux inħallu l-ebda tifel u tifla taqa’ lura għaliex dan ikun mhux biss ħasra għalih imma anke għalina lkoll.

Hu semma’ l-vjolenza domestika u qal li għalkemm sar progress f’dan is-settur biex naraw li dan il-fenomenu soċjali jonqos, imma rridu ngħidu li sfortutament dan huwa realtà socjali kbira f’pajjizna. Matul l-2024, kellna 3,798 persuni f’Malta li rrapportaw li kellhom vjolenza domestika jew inkella resqu għas-servizzi marbuta mal-vjolenza domestika. Minn dawn, 76% kienu nisa filwaqt li 24% kienu rgiel. Din hija tebgħa ta’ mistħija fuq il-ġeneru tal-irġiel.

‘L hinn mit-3,798, hemm oħrajn li ma resqux għall-għajnuna u għadhom għaddejin minn dan il-kalvarju. Fil-vjolenza domestika hemm vittmi oħrajn, vittmi innoċenti. Dawn huma t-tfal, b’mod partikolari meta dawn huma żgħar jew inkella adolexxenti.

Dawn it-tfal isofru wkoll minn efffett ieħor li, xi drabi huma diversi li jagħżlu li ma jsemmgħux. Dan huwa li jkollhom jitilqgħu mid-dar tagħhom.

Hu staqsa għaliex hija l-vittma u wliedha li għandhom joħorġu mid-dar tagħhom u jispiċċaw f’shelter li qatt ma jista’ jieħu post id-dar? Għaliex l-aggressur jibqa’ komdu d-dar, aktar u aktar meta jkun hemm diversi rapporti fuq l-aggressività tiegħu.

Albert Buttigieg qal li huwa l-aggressur li għandhu jħalli d-dar u mhux bil-kontra. Hu ppropona li jkun hemm pjan ta’ azzjoni biex fejn hemm nuqqasijiet jinstabu soluzzjonijiet.

Jekk hemm bżonn nemendaw il-ligjiet jew nagħmlu liġijiet oħra li verament iħarsu l-interess ta’ dawn it-tfal.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm diversi temi fuq il-ħarsien tat-tfal, fosthom il-parentle alianation, bullying, self-harm, internet addictions. Hu appella għal azzjoni jekk verament nemmnu f’zero tolerance lejn il-vjolenza domestika, jekk verament jidispjaċina meta jkun hemm femiċidu ieħor f’pajjiżna u jekk verment irridu l-ġid lil uliedna.