Balzan 3 Birżebbuġa St Peter’s 0
Fil-partita prinċipali mit-13 il-ġurnata taċ-Challenge League, fil-Victor Tedesco Stadi, rebħa netta għal Balzan li kabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika meta għelbu lil eqreb rivali Birżebbuġa St.Peter’s.
B’din ir-rebħa fi tmiem it-13 il-ġurnata Balzan saħħew posthom bi 32 punt kontra it-28 punt ta’ Birżebbuġia.
Balzan immexxija minn Andrew Cohen fetħu mill-ewwel fuq l-offensiva tant li fl-20 minuta marru fil-vantaġġ minn penalty mogħti u skorjat minn Dimeji Awosanja li għeleb lil Julian Azzopardi.
Minkejja li Birżebbuġa wettqu reazzjoni, id-difiza ta’ Balzan u wisq aktar Dylan Ciappara żammew il-vantaġġ minimu sa tmiem l-ewwel taqsima.
L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess, l-aktar wara li fit-58 minuta Balzan irduppjaw bit-tieni penalty tal-ġurnata, din id-darba skorjat minn Santos Silva.
Fit-72 minuta Balzan għalqu l-partita wara li Gabriel Chiemezie għeleb għat-tielet darba lil Julian Azzopardi. 3 – 0 skor li bih intemmet il-partita.
//= $special ?>

