Lokali Qorti

Tammetti serq minn knisja u attentat ta’ serq minn pompa tal-petrol

Mara ta’ 50 sena, bi problema tad-droga u bla xogħol, residenti Santa Venera u li kienet imfittxija mill-Pulizija fuq serq ta’ flus minn kaxxa tad-donazzjonijiet minn knisja f’Birkirkara, spiċċat arrestata wara li Spettur tal-Pulizija raha tipprova tisraq muniti tal-flus minn pompa tal-petrol fl-istess lokalità.

Mill-kaxxa tad-donazzjonijiet tal-knisja Josephine Alsulayman serqet €40 fi flus kontanti. L-ispettur Joseph Mallia spjega li rapport dwar is-serq mill-knisja Sant Anton ta’ Padova fejn il-Pulizija ta’ Birkirkara, kienu identifikawha minn cameras tas-CCTV.

Hija ġiet akkużata wkoll li laqgħet għandha ħwejjeġ misruqa u għamlet ħsara lil mejda u xemgħat elettroniċi fejn kienet il-kaxxa tad-donazzjonijiet. Kienet mixlija wkoll b’attentat ta’ serq minn pompa tal-petrol.

Meta nhar il-Ħadd li għadda filgħaxija l-ispettur mar il-pompa tal-petrol filgħaxija, huwa ra l-istess mara tipprova taqleb il-kaxxa tal-muniti minn pompa tal-arja u ċempel għall-għajnuna. Il-Qorti ssemgħet kif Alsulayman, rreżistiet l-arrest, girfet lis-Surġent tal-Pulizija u beżqet f’wiċċ l-uffiċjal.

Hija ngħatat il-ħin biex tikkalma u wara saret kooperattiva u qalet lill-Pulizija fejn kienet moħbija l-kaxxa tad-donazzjonijiet. Alsulayman ammettet il-ħtijiet kollha li kienet akkużata bihom, dik ta’ serq aggravat, oġġetti moħbija, ħsara fil-bibien u t-tabelli, tentattiv ta’ serq mill-pompa ta’ fjuwil, kif ukoll li ħebbet għall-pulizija u reżistenza fl-arrest. Hija kienet ukoll akkużata li saret ricediva.

Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Avukat Ġenerali Nicholas De Gaetano, talab sentenza ta’ erba’ snin ħabs sospiżi għal erba’ snin u nofs. Il-prosekutur l-Avukat Nicholas De Gaetano spjega li l-kaxxa tad-donazzjonijiet u l-mejda li ma nstabitx kienu ritornati.

L-Avukat tal-Għajnuna Legali Ingrid Zammit Young qalet li l-klijenta tagħha kienet “iddisprata”, u kien dan il-fatt li wassalha biex tisraq mill-knisja. Hija qabel mas-sottomissjonijiet magħmulin mill-prosekuzzjoni u li l-mara għandha bżonn l-għajnuna minħabba l-problema tad-droga li għandha.

Il-kawża kiene t posposta għas-sentenza li se tingħata f’seduta oħra.

Il-Maġistrat Nadine Sant ippresediet il-każ. L-Avukat Nicholas De Gaetano mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxa l-prosekuzzjoni assistit mill-Ispettur Joseph Mallia. L-Avukat Ingrid Zammit Young dehret għal mara.