Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstabu Giuseppe Salerno u Issah Ibrahim b’rabta ma’ investigazzjonijiet separati li jinsabu għaddejjin.
Kull min għandu kwalunkwe tip ta’ informazzjoni dwar dawn il-persuni huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 5/2026.



