Lokali

Appell biex jintlaħaq qbil dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef

Il-President ħeġġet lill-Gvern u l-Oppożizzjoni sabiex fl-ispirtu tal-emendi Kostituzzjonali li saru fl-2020 ifittxu toroq li jwassluhom għal qbil fuq il-ħatra ta’ Prim Imħallef.

Dan intqal permezz ta’ stqarrija maħruġa aktar kmieni llum.

L-appell tal-President tar-Repubblika sar fl-interess tal-Qrati u l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, is-Saltna tad-Dritt, l-Istat u fuq kollox il-poplu tagħna.

Net News jinsab infurmat li l-President anke daħlet f’din il-materja, u sejħet liż-żewġ naħat. Iżda dawn il-laqgħat saru fil-magħluq.

Intant, il-Ministru tal-Ġustizzja – permezz ta’ filmat fuq il-mida soċjali – minflok wassal appell għal djalogu, ħareġ jattakka lill-PN u lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Gvern qed jibqa’ jinsisti li l-vot fuq l-isem ta’ Consuelo Scerri Herrera jittieħed illum.