Lokali

DALGĦODU: Ħassru t-testijiet tal-karozza bla avviż

Ritratt: Mill-arkivji

Diversi studenti li qed jitgħallmu l-karozza spiċċaw lampa stampa wara li dalgħodu ħassrulhom it-test mingħajr pre-avviż.

L-għalliema tas-sewqan skoperw dan kollu dalgħodu stess. U ħadd minn dawk li marru għat-test ma kien avżat qabel – biex b’hekk spiċċaw kellhom imorru lura d-dar.

Net News jinsab infurmat li s-sitwazzjoni żviluppat minħabba li l-eżaminaturi – li jaqgħu taħt Transport Malta – qed josservaw xi direttivi maħruġa mill-GWU.