Talanqas 20 Palestinjan, fosthom tfal u membri ta’ skwadra paramedika, inqatlu waqt l-attakki ġodda fuq Gaza mill-militar ta’ Iżrael….Attakki li ħallew ukoll ‘il fuq minn 40 midruba.
Il-militar Iżraeljan qal li l-ajruplani tal-gwerra u t-tankijiet wettqu l-attakki preċiżi fuq il-bejtiet tat-terroristi tal-Ħamas wara li dawn kienu fetħu n-nar fuq it-truppi lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Gaza – b’numru ta’ suldati jisfaw midruba.
L-azzjonijiet seħħew viċin il-Linja s-Safra li timmarka l-artijiet ta’ Gaza fejn għadhom stazzjonati l-qawwiet Iżraeljani – b’Iżrael isostni li l-isparaturi mit-terroristi seħħew b’abbuż sfaċċat tal-ftehim għal waqfien mill-ġlied mal-Ħamas li ilu fis-seħħ għal dawn l-aħħar tlett xhur.
Sadanittant, il-grupp Ħamas akkuża lil Iżrael b’li qed ifittex l-iskużi biex ikompli bil-gwerra f’Gaza…Skont il-Ħamas, l-Iżraeljani qed jippruvaw jiġġustifikaw kull ħaġa li, għalihom, ‘tkun qed tidher bħala raġuni valida għall-kontinwazzjoni tal-aggressjoni fuq il-poplu Palestinjan.’
//= $special ?>

