Lokali Qorti

Ħames snin ħabs għal nannu li nstab ħati li wettaq atti sesswali fuq in-neputija minuri

Nannu nstab ħati u ġie kundannat ħames snin ħabs wara li nstab li wettaq atti sesswali mhux konsenswali u avvanzi sesswali fuq neputija li kienet minuri waqt il-kommissjoni tar-reati. Il-każ jikkonċerna avvenimenti li saru mill-4 ta’ Ġunju 2019 u anke snin qabel, u l-akkużat kien qed jiffaċċja wkoll akkużi ta’ fastidju, li minħabba d-determinazzjoni tal-vittma ġew imwaqqfa.

Il-każ ġie identifikat meta t-tfajla sofriet attakk ta’ paniku fl-iskola u esprimiet il-ħsieb tagħha li tixtieq tagħmel suwiċidju. L-amministrazzjoni tal-iskola immedjatament infurmat lill-pulizija dwar il-problemi tagħha. It-tfajla allegat li n-nannu kien jgħannaqha u jagħfasha miegħu u jaqbdila sidirha. Kienet spjegat ukoll li kien jagħmel dawn l-attiil f’diversi okkażjonijiet, inkluż meta kienu f’restaurant u marru barra biex jaraw il-logħob tan-nar u hawn kien qabdilha l-warrani.

Matul l-inkjesta preliminari, inħass li t-tfajla kienet taħt pressjoni tal-ġenituri u kienet biża’ minn r-reazzjonijiet tagħhom, peress li l-familja kollha kienet tgħix man-nannu. Hi ma rieditx toħloq problemi f’dak iż-żmien u kienet skomda waqt li kienet qed tixhed. Il-pulizija arrestaw lin-nannu fl-19 ta’ Awwissu 2019.

Meta t-tfajla ġiet imsejħa biex tixhed f’Settembru tal-2023, qalet lill-qorti li kienu għaddew erba’ snin minn meta kienet irreġistrat il-każ u li ma rieditx terġa’ tiftaħ il-feriti u tgħaddi minn traġedja oħra. Hija spjegat li ma kienitx baqgħet tgħix mal-nannu u tixtieq kienet tiġi mħarsa f’dak iż-żmien u mhux erba’ snin wara filwaqt li kienet ħafret lin-nannuha.

Il-qorti osservat li t-tfajla ssemmiet li kienet taħseb li l-każ issa huwa wieħed magħluq u li l-ħajja tagħha kompliet wara dawn l-avvenimenti. Il-qorti fis-sentenza tagħha kkritikat il-ħidma tardiva tal-Avukat Ġenerali, li ħa erba’ snin biex jibda l-proċeduri kontra n-nannu, u osservat li matul dan iż-żmien il-vittma kellha tipproċedi mal-problemi psikoloġiċi tagħha waħidha, filwaqt li ma kienet qed tirċievi l-protezzjoni meħtieġa minn entità li għandha sservi mhux bħala xkiel għall-vittmi, speċjalment meta dawn huma vulnerabbli.

Filwaqt li l-vittma ma rieditx tixhieda direttament kontra n-nannu, il-qorti ħadet fid-dikjarazzjoni tiegħu lill-pulizija, fil-preżenza tal-avukat tiegħu, fejn ammetta li wettaq xi nuqqasijet kontra t-tfajla, inkluż kummenti sessisti, li mess sidirja u saqajha, imma qatt ma mar oltrè minn hekk.

Hu ċaħad li wettaq xi azzjonijiet li kienet qed jiġi akkużat bihom, iżda l-qorti sabet li dan ammonta għal kors ta’ aġir sesswali u molestja kontinwa. Il-psikjatriċi maħtura mill-qorti rrappurtaw li t-tfajla kienet konsistenti fil-verżjoni tagħha u li ma kien hemm xejn li jindika li kienet ġiet mħeġġa tagħmel rapport falz.

Meta kienet qed tqis il-piena, il-qorti enfasizzat li n-nannu ma wera l-ebda rimors u kien qed jikkunsidra l-aġir tiegħu bħala aċċettabbli. Il-qorti konkludiet li l-aktar mod biex tinġieled dawn il-reati u biex tipprovdi deterrent kien li tapplika sentenza ħarxa, u għalhekk n-nannu ngħata ħames snin ħabs wara li nstab ħati li wettaq atti sesswali mhux konsenswali u molestja fuq neputija minuri tiegħu.

Kienet imponuta erba’ snin ta’ trattament fil-konfront tal-ħati u tliet bħala ordni ta’ trażżin favur il-vittma. Il-Qorti ordnat ukoll li n-nannu jitpoġġa fil-lista tal-pedofeli u li għandu jħallas is-somma ta’ €880.46 fi spejjeż tal-Qorti. Ordnat ukoll li kopja tas-sentenza tintbgħat lill-Avukat Ġenerali, lill-Ministru tal-Ġustizzja u lill-Ministru tal-Politika Soċjali. Is-sentenza ngħatat mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.