Fi kliem l-avukat Franco Debono, il-kwistjoni marbuta mal-ħatra ta’ Prim Imħallef “ma tista’ twassal għall-ebda kriżi Kostituzzjonali”. Hu kien qed jirreaġixxi għal diversi dikjarazzjonijiet mhux veritieri li saru fl-aħħar 24 siegħa.
Fuq il-media soċjali, Franco Debono stqarr li min qed jgħid mod ieħor qed jinsulta l-intelliġenza tan-nies.
Anke l-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament stqarr li l-Kostituzzjoni hija ċara.
“L-Artikolu 96(3) jgħid li l-Prim Imħallef jinħatar mill-President skont riżoluzzjoni appoġġjata minn mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri tal-Kamra. Jekk dik il-maġġoranza ma tintlaħaqx, il-persuna li tkun qed taġixxi tibqa’ fil-kariga sakemm jintlaħaq qbil.”
//= $special ?>

