Lokali

Ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta tibqa’ akbar minn dik taz-Zona Ewro

Waqt li l-għoli tal-ħajja fiz-Zona Ewro kompla nieżel ‘l isfel, f’pajjiżna r-rata baqgħet tiżboq dik ta’ pajjiżi oħra Ewropej. Dan kien konfermat mill-aħħar statistika li ħarġet il-Eurostat għax-xahar ta’ Jannar.

Dawn iċ-ċifri juru li f’Jannar, ir-rata tal-inflazzjoni f’pajjiżna kienet ta’ 2.5 fil-mija. Dan meta fiz-Zona Ewro, ir-rata kienet ta’ 1.7 fil-mija.

Interessanti li fuq sena, ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta żdiedet minn 1.8 fil-mija għal 2.5 fil-mija. B’kuntrast, fil-pajjiżi Ewropej l-inflazzjoni naqset.

L-istess ċifri juru li l-piż tal-prezzijiet għall-familji Maltin huwa ferm akbar minn dak li qed iġorru l-familji fil-Belġju, Franza, l-Italja, Ċipru u anke l-Portugall.