Numru ta’ commandos assassinaw lil Saif al-Islam Gaddafi, it-tifel tal-eks Mexxej tal-Libja Muammar Gaddafi.
Il-mewt ta’ Saif, li kellu 53 sena, kienet konfermata mill-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali.
Il-qtil seħħ fil-belt ta’ Zintan – għalkemm għadu mhux ċar minn kien il-moħħ wara dan l-assassinju u min ta l-ordinijiet lil dawn il-commandos.
Hu kien meqjus bħala l-eredi ta’ missieru, li kien spiċċa maqtul fl-eqqel tar-Rebbiegħa Għarbija.
Fl-2015, Saif al-Islam kien pie ikkundannat għall-mewt minn Qorti Libjana (permezz ta’ video link) għar-rwol tiegħu fir-rivoluzzjoni. Iżda ftit wara, hu kien inħeles taħt liġi li tat amnestija politika lill-eks uffiċjali tar-reġim ta’ Muammar Gaddafi.
Saif al-Islam Gaddafi kien waħħal fil-militanti Iżlamiċi “xurbana u fuq id-droga” għar-rivoluzzjoni f’pajjiżu.
Hu inqabad f’filmati fejn is-sostenituri armati tal-eks reġim kienu inkoraġġuti biex jiġġieldu kontra dawn id-dimostranti li kienu qed jipprotestaw fil-kapitali Libjana, Tripli.
//= $special ?>

