PROFILI tal-lejla se jkun qed ilaqqagħna ma’ Josef Bonello. Personalità magħrufa fuq it-televiżjoni, anki fuq NET TV, imma fuq kollox illum jokkupa l-irwol ta’ Ambaxxatur tal-Inbid Malti.
Mit-tfulija f’Tas-Sliema, għax-xogħol tiegħu fil-kostruzzjoni, għall-inbid, id-diskussjoni se tmiss ħafna aspetti ta’ ħajjet il-profil fejn permezz ta’ dan kollu se nsiru nafu lil Josef ferm aħjar.
“Kienu qaluli għalxejn tiġi bil-qalziet u l-qmis hawn, ejja bi flokk u x-shorts… ommi kienet ħaditha bi kbira mhux ħażin”.
Il-programm se jeħodna wkoll fuq ir-relazzjoni intima, ta’ Josef mal-inbid, u kif matul is-snin, speċjalment fis-snin disgħin, l-industrija tal-inbid f’Malta bdiet tieħu xejra ta’ sostenibbiltà u aktar tjubija.
Ovvjament, se jsiru għadd ta’ domandi li se jiċċaraw fuq kemm l-inbid vera jagħmel ġid, u x’ikel ukoll għandek tiekol mal-inbid, dejjem skont il-kulur, u minn xiex ikun magħmul l-inbid.
PROFILI, illejla fid-9.35pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Bernice Seychell.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki Spotify.



