Għad hemm 16-il persuna fuq il-kotba tal-kumpanija Air Malta, minkejjja li l-kumpanija nazzjonali Air Malta ilha li għalqet mill-2024. Dawn il-ħaddiema jitħallsu bi spiża mensili ta’ €77,751.89.
In-numru ta’ ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Air Malta kien ikkonfermat fil-Parlament mill-Ministru Clyde Caruana.
Id-Deputat Nazzjonalista David Agius staqsa lill-Ministru għall-Finanzi jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Air Malta, u kemm tħallsu pagi mill-ġurnata li fiha għalqet l-Air Malta sal-lum.
Il-kumpanija Air Malta għalqet fit-30 ta’ Marzu 2024.
//= $special ?>

