Lokali

Aktar minn 33,000 ċitazzjoni minn speed cameras fl-2025

Aktar minn 33,000 ċitazzjoni minn speed cameras ingħataw matul is-sena l-oħra madwar Malta kollha fl-2025, bl-iktar ammot ta’ ċitazzjonijiet ngħataw mill-ispeed camera ta’ Triq Dun Karm fil-bypass ta’ Birkirkara, direzzjoni lejn l-Imsida 4,518-il ċitazzjoni; u mill-ispeed camera fi Triq in-Nutar Zarb, f’Ħ’Attard, 4,204 ċitazzjoni.

Dan jirriżulta mnn mistoqsija parlamentari li ressaq id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo lill-Ministru Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.

B’kollox, matul l-2025, ingħataw 33,305 ċitazzjonijiet mill-ispeed cameras, mifruxa ma’ Malta li jinsabu, fost l-oħrajn fit-toroq ewlnin u traffukużi ta’ Birkirkara, Ħ’Attard, Tal-Barrani, is-Siġġiewi, Triq il-Kosta, San Pawl il-Baħar, Pembroke, Ħal Qormi, fi Triq Reġjonali. u Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.