Lokali

Eddie Fenech Adami – inawgurata l-wirja fid-Dar Ċentrali tal-PN

‘Il fuq minn 15-il artist qed jipparteċipa f’esebizzjoni f’għeluq it-92 sena ta’ Eddie Fenech Adami.

Il-wirja infetħet il-Ħamis filgħaxija u se tibqa’ miftuħa sas-7pm. Dan filwaqt li is-Sibt u l-Ħadd mid-9am sa nofsinhar.

F’din il-wirja, apparti portraits hemm ukoll diversi imaġni ta’ kif l-artisti jassoċjaw lil Eddie.

Din il-wirja fid-Dar Centrali tal-PN qed tiftaħ lejlet il-Maratona Ġbir ta’ Fondi ‘Awguri Eddie’ …hekk kif is-Sibt, l-eks Prim Ministru u President Emeritu jagħlaq 92 sena.

Fid-diskors tiegħu s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello irringrazzja lill-artisti kollha li ħadu sehem f’din il-wirja. Indirizzaw lil dawk preżenti is-Segretarju Eżekuttiv Organizzativ Stefan Caruana, id-deputat Beppe Fenech Adami, il-Vici Kap Nazzjonalista Alex Perici Calascione kif ukoll Sarah Bajada.

Preżenti wkoll numru ta’ deputati u kandidati tal-Partit Nazzjonalista.