Il-Partit Nazzjonalista għandu bżonnok nhar il-Ġimgħa biex ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu permezz ta’ Net FM, Net Television u l-pjattaformi kollha tal-media tal-PN.
Kien dan l-appell li wassal is-Segretarju Ġnereali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello waqt il-programm Net Live, fejn spjega li din il-maratona se tkun esklussivament biex jinxtara apparat ġdid għall-media.
Din l-inizjattiva se tkun qed issir jissaħħaħ il-messaġġ li jasal għand il-pubbliku, kemm min-newsroom kif ukoll fil-gazetta, is-social media, in-news portal, it-televizjoni u anke r-radio.
Il-maratona bl-isem ‘Awguri Eddie’, se ssir propju lejlet għeluq snin Eddie Fenech Adami – President Emeritu, eks Prim Ministru ta’ pajjiżna u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista. Persuna li biddel l-istorja tal-poplu kollu.
Bis-Segretarju Ġenerali jispjega li kien Eddie Fenech Adami stess li ġab il-pluraliżmu fix-xandir; u hija din ir-raġuni għalfejn din il-maratona tkun b’risq il-media.
Dan aparti li għamel referenza għal dak li qed jiġri b’rabta mal-Prim Imħallef u anke kemm qed tinxterred informazzjoni qarieqa u saħansitra fake news – li jkomplu jikkonfermaw kemm Net Media għandha bżonn ir-riżorsi biex twassal il-messaġġ veritier tal-Partit Nazzjonalista.
Intant il-Maratona Ġbir ta’ Fondi ‘Awguri Eddie’ se tkun qed tibda minn kmieni filgħodu fuq Net FM, waqt li fl-16:30 tibda x-xandira fuq Net TV.
//= $special ?>

