Internazzjonali

Il-President Ċiniż iwissi kontra l-provvista tal-armi Amerikani lit-Tajwan

F’telefonata bejn il-President Ċiniż Xi Jinping u l-President Amerikan Donald Trump, Xi wissa kontra l-provvista tal-armi Amerikani lil Taiwan peress li ċ-Ċina tipperċepixxi din il-provvista bħala għajnuna għall- moviment Taiwaniż għall-indipendenza.

President Xi stqarr li l-kwistjoni ta’ Taiwan hija “l-aktar kwistjoni importanti” fir-rigward tar-relazzjoni bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti.

Taiwan hija pajjiż gżira taħt iċ-Ċina li ġiet stabbilita wara li l-Gvern taċ-Ċina reloka lejn il-gżira matul gwerra ċivili bejn il-Gvern Ċiniż ta’ dak iż-żmien u l-Partit Kommunist Ċiniż – li mill-erbgħinijiet l’hawn ilu fit-tmun tal-Gvern taċ-Ċina.

L-Istati Uniti teżercita relazzjonijiet tajbin iżda mhux uffiċjali ma’ Taiwan. Dan għaliex fl-1979 l-Istati Uniti qalbet ir-rikonoxximent tagħha għal Taiwan lejn iċ-Ċina peress li l-Gvern Amerikan ikkunsidra l-importanza ta’ relazzjonijiet maċ-Ċina.

F’dawn l-aħħar snin, tensjonijiet bejn iċ-Ċina u Taiwan kienu għoljin peress li – f’bosta okkażjonijiet – ċ-Ċina eżerċitat drills militari fil-qrib ta’ Taiwan fejn simulaw attakk totali fuq Taiwan.

Is-sena li għaddiet President Trump ħeġġa lil Taiwan biex tgħolli l-infiq tagħha għad-difiża sa 10% tal-Prodott Domestiku Gross tagħha – filwaqt li l-Istati Uniti pprovistatha – bil-għan li Taiwan tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-armata Amerikana f’sitwazzjoni ta’ invażjoni miċ-Ċina.

F’April li ġej, President Trump hu mistenni li jwettaq żjara uffiċjali fiċ-Ċina.