Lokali

Imut l-awtur u xandar Philip Farrugia Randon

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Philip Farrugia Randon – personalità li ħadem f’diversi oqsma tul is-snin, fosthom fix-xandir. Huwa kellu 76 sena.

Philip Farrugia Randon kien gradwa bħala avukat fl-1973. Iżda maż-żmien għamel isem bħala xandar fuq ir-radju u t-televiżjoni.

Hu kien espert tal-arti, u ħadem ferm ma’ diversi għaqdiet fuq proġetti filantropiċi.

Serva bħala Chairman tal-PBS u tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. U kien involut ukoll fl-Ordni Militari Sovran. Serva wkoll bħala l-President tal-Moviment ta’ Kana.

Farrugia Randon kien anke l-awtur tal-kiteb ‘Puttinu u Toninu’ – li ispira l-karattur tal-organizzazjoni Puttinu Cares.