Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani, iż-Żejtun.
Skont informazzjoni li waslet għand Net News, trakk kien involut f’ħabta ma’ karozza tat-tip Ford Focus li kienet qed tinstaq fl-istess direzzjoni.
B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, filwaqt li l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa s’issa.
Minħabba l-inċident, parti minn Triq tal-Barrani ġiet magħluqa temporanjament għat-traffiku.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.



