Inter 2 Torino 1
F’partita li ntlgħabet f’Monza minħabba li Stadio Giuseppe Meazza ma setax jintuża għaliex fih għada se ssir iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Olimpijadi tax-Xitwa : Milano – Cortina.
Gowl f’kull taqsima biżżejjed għal Inter sabiex jgħaddu għas-semifinali tal-Coppa Italia.
B’Inter jiddettaw il-partita sa mill-ewwel minuti b’pussess sa 68% wara li Carlos Augusto laqat il-lasti, fil-35 minuta, meritatament marru fil-vantaġġ. Minn cross ta’ Issiaka Kamate’ kien ANGE JOAN BONNY li bir-ras antiċipa d-difiza u għeleb lil Alberto Paleari għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.
Wara żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima minn azzjoni ta’ Marcus Thuram kien ANDY DIOUF li għeleb lil Paleari. 2 – 0 għall-Inter. Reazzjoni minn Torino li fis-57 minuta naqqsu l-iskor permezz ta’ SANDRO KULENOVIC li għeleb lil Josep Martinez. 2 – 1 skor li bih intemmet il-partita b’Inter ikunu l-ewwel tim li jgħaddi għas-semifinali.
//= $special ?>

