Sport

Manchester City fil-finali tal-League Cup

Manchester City       3                 Newcastle United   1

Ebda problema għal Manchester City fl-Ettihad Stadium biex b’rebħa netta kkonsolidaw posthom fil-finali tal-League Cup fejn għaddew b’aggregate ta’ 5 – 1 wara li fl-ewwel leg kienu għelbu lil Newcastle f’darhom 2 – 0.

Wara biss 7 minuti Manchester City fil-vantaġġ wara li bix-xellug OMAR MARMOUSH għeleb lil Aaron Ramsdale. Reazzjoni minima minn Newcastle filwaqt li fid-29 minuta Manchester City rdoppjaw. Mill-ġdid kien OMAR MARMOUSH li bir-ras għeleb lil Ramsdale. Tilet minuti wara l-iskor sar 3 – 0 b’gowl minn TIIJANI REIJNDERS li mill-ġdid għeleb lil Ramsdale u għalaq il-partita kmieni.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess minkejja li Newcastle kienu aktar fil-partita fejn fit-62 minuta minn azzjoni ta’ Malick Thiaw kien ANTHONY ELANGA li għeleb lil James Trafford. 3 – 1 skor li bih intemmet il-partita b’Manchester City fil-finali fejn jiltqghu kontra Arsenal li ġurnata qabel eliminaw lil Chelsea.