Opinjoni

Opinjoni: Mal-PN għal ambjent aħjar

L-ambjent hu ta’ kulħadd u jolqotna mill-qrib. L -ambjent mhux biss il-ġonna u l-ispazji miftuħa iżda hu wkoll l-arja, id-dawl naturali, il-ħoss, l-ibħra. Hu wkoll il-festi u d-delizzji li rridu nħarsu

Joe M. Zahra
Eks Editur – Opinjonista

Għalhekk hi gidba u fake news meta jiġi xi ħadd jgħid li l-Partit Nazzjonalista jrid ineħħi l-festi u l-delizzji. Il-PN dan kollu ried li jkun imħares mill-Kostituzzjoni.
Wara kollox, għaliex Gvern Nazzjonalista dejjem emmen li l-festi jagħmlu lil Malta aktar Maltija, kien hu li reġa’ għamel il-festi ta’ San Ġużepp, l-Imnarja, il-Vitorja u l-Kunċizzjoni btajjel pubbliċi wara li l-Gvern Laburista ta’ Mintoff kien neħħihom minn festi.
Dan minbarra l-Indipendenza u s-Sette Giugnio li wkoll saru festi nazzjonali.
Niftakar dak li gvernijiet Nazzjonalisti għamlu fl-imgħoddi favur l-ambjent.
 It-Town and Country Planning Act li kellu jara li nkunu nafu fejn jista’ jsir bini u għal-liema skop. Liġi li għamel Gvern ta’ Borg Olivier u l-Gvern ta’ Mintoff tefa’ fil-kexxun biex setgħu jitwettqu l-ħniżrijiet kollha li twettqu fl-għoti ta’ permessi tal-bini.
 Imbagħad taħt il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami t-twaqqif tal-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjanar – il-MEPA li ġabet ordni fis-settur importanti tal-ambjent u l-ippjannar flimkien, wieħed jikkumplimenta lill-ieħor. Awtorità li reġgħet inqasmet tnax-il sena ilu biex l-ambjent tpoġġa fit-tieni klassi.
 L-għeluq tal-miżbliet li nfetħu mill-gvernijiet Laburisti bejn l-1971 u l-1987 u l-bidu ta’ proġett biex jiġu riabilitati.
 Il-bini ta’ tliet impjanti biex isaffu d-drenaġġ kollu qabel jintefa’ l-baħar.
 Il-proġett kontra l-għargħar fiċ-ċentru u n-nofsinhar ta’ Malta.
 L-istrateġija għall-Immaniggjar tal-iskart solidu li mhux biss ġiet ippubblikta iżda bdiet tiġi implimentata.
 Il-bring in sites fejn niddisponu minn skart li qabel kien jintefa’ fit-toroq tal-kampanja.
 Il-masterplan tad-drenaġġ li wassal biex instabet soluzzjoni għad-drenaġġ li kien jispiċċa bil-bajjiet fejn isir l-għawm f’pajiiżna.
 Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami fl-1988 kien l-ewwel pajjiż li poġġa formalment fuq l-aġenda tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti t-tibdil tal-klima. Iktar tard fl-istess sena kienet adottata unanimament riżoluzzjoni dwar il-“Protezzjoni tal-Klima Globali għall-Ġenerazzjonijiet Preżenti u Futuri”.
Dak, u ħafna iktar, hu l-imgħoddi tal-PN fil-Gvern. Fatti u mhux kliem fieragħ! Il-PL fil-Gvern minħabba l-inkompetenza grassa tiegħu fl-immaniġġjar tal-iskart wassal biex l-Unjoni Ewropea qed tieħu azzjoni kontra pajjiżna. Xi ħaġa li l-PN kien ilu jwissi dwarha.
Aħna l-anzjani, minbarra l-passat, li tajjeb infakkruh għaliex il-Laburisti malajr jgħidu li l-affarijiet li għamlu gvernijiet Nazzjonalisti għamluhom huma, jinteressana l-lum u l-għada. Il-preżent u l-futur. Għalhekk nilqgħu bil-ferħ kull inizjattiva li l-PN jieħu dwar l-ambjent. Kull proposta li jagħmel.
Il-PN għandu s-soluzzjonijiet veri, mhux skandli kif iseħħu kull fejn imiss il-Gvern Laburista.
Is-soluzzjonijiet li l-PN qed jipproponi, darba jkun fil-Gvern, iwwettaqhom. Il-garanzija ta’ dan hi l-passat. Passat li fih sar ħafna biex ikollna ambjent aħjar. Biex ngħixu aħjar. Anke jekk ħafna milli twettaq kien oskurat mill-politika taż-żieda fil-popolazzjoni u t-turiżmu tal-massa.
Bir-rieda, bil-governanza tajba u l-vera meritokrazija ċert li dak li jitwiegħed mill-PN jitwettaq. Għalhekk hi gidba u fake news meta jiġi xi ħadd jgħid li l-Partit Nazzjonalista jrid ineħħi l-festi u d-delizzji. Il-PN dan kollu ried li jkun imħares mill-Kostituzzjoni.
Wara kollox, għaliex Gvern Nazzjonalista dejjem emmen li l-festi jagħmlu lil Malta aktar Maltija, kien hu li reġa’ għamel il-festi ta’ San Ġużepp, l-Imnarja, il-Vitorja u l-Kunċizzjoni btajjel pubbliċi wara li l-Gvern Laburista ta’ Mintoff kien neħħihom minn festi.
Dan minbarra l-Indipendenza u s-Sette Giugnio li wkoll saru festi nazzjonali.
Niftakar dak li gvernijiet Nazzjonalisti għamlu fl-imgħoddi favur l-ambjent.
 It-Town and Country Planning Act li kellu jara li nkunu nafu fejn jista’ jsir bini u għal-liema skop. Liġi li għamel gvern ta’ Borg Olivier u l-Gvern ta’ Mintoff tefa’ fil-kexxun biex setgħu jitwettqu l-ħniżrijiet kollha li twettqu fl-għoti ta’ permessi tal-bini.
 Imbagħad taħt il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami t-twaqqif tal-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjanar – il-MEPA li ġabet ordni fis-settur importanti tal-ambjent u l-ippjannar flimkien, wieħed jikkumplimenta lill-ieħor. Awtorità li reġgħet inqasmet tnax-il sena ilu biex l-ambjent tpoġġa fit-tieni klassi.
 L-għeluq tal-miżbliet li nfetħu mill-gvernijiet Laburisti bejn l-1971 u l-1987 u l-bidu ta’ proġett biex jiġu rijabilitati.
 Il-bini ta’ tliet impjanti biex isaffu d-drenaġġ kollu qabel jintefa’ l-baħar.
 Il-proġett kontra l-għargħar fiċ-ċentru u n-nofsinhar ta’ Malta.
 L-istrateġija għall-Immaniggjar tal-iskart solidu li mhux biss ġiet ippubbika iżda bdiet tiġi implimentata.
 Il-bring in sites fejn niddisponu minn skart li qabel kien jintefa’ fit-toroq tal-kampanja.
 Il-masterplan tad-drenaġġ li wassal biex instabet soluzzjoni għad-drrenaġġ li kien jispiċċa bil-bajjiet fejn isir l-għawm f’pajiiżna.
 Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami fl-1988 kien l-ewwel pajjiż li poġġa formalment fuq l-aġenda tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti t-tibdil tal-klima. Iktar tard fl-istess sena kienet adottata unanimament riżoluzzjoni dwar il-“Protezzjoni tal-Klima Globali għall-Ġenerazzjonijiet Preżenti u Futuri”.
Dak, u ħafna iktar, hu l-imgħoddi tal-PN fil-Gvern. Fatti u mhux kliem fieragħ! Il-PL fil-Gvern minħabba l-inkompetenza grassa tiegħu fl-immaniġġjar tal-iskart wassal biex l-Unjoni Ewropea qed tieħu azzjoni kontra pajjiżna. Xi ħaġa li l-PN kien ilu jwissi dwarha.
Aħna l-anzjani, minbarra l-passat, li tajjeb infakkruh għaliex il-Laburisti malajr jgħidu li l-affarijiet li għamlu gvernijiet Nazzjonalisti għamluhom huma, jinteressana l-lum u l-għada. Il-preżent u l-futur. Għalhekk nilqgħu bil-ferħ kull inizjattiva li l-PN jieħu dwar l-ambjent. Kull proposta li jagħmel.
Il-PN għandu s-soluzzjonijiet veri, mhux skandli kif iseħħu kull fejn imiss il-Gvern Laburista.
Is-soluzzjonijiet li l-PN qed jipproponi, darba jkun fil-Gvern, iwwettaqhom. Il-garanzija ta’ dan hi l-passat. Passat li fih sar ħafna biex ikollna ambjent aħjar. Biex ngħixu aħjar. Anke jekk ħafna milli twettaq kien oskurat mill-politika taż-żieda fil-popolazzjoni u t-turiżmu tal-massa.
Bir-rieda, bil-governanza tajba u l-vera meritokrazija ċert li dak li jitwiegħed mill-PN jitwettaq.

Dan l-artiklu deher f’Il-Mument tal-Ħadd l-1 ta’ Frar, 2026.