Angelo Micallef
This does not mean that members of the judiciary should be beyond criticism. After all, they discharge a very important public function that has a direct impact on people’s lives. But putting them up for public slaughter for the sake of a political game where adversaries are more interested in tripping up each other is not right. It just makes a mockery of the people who are expected to deliver judgement every day.
It is this sentiment that makes us disagree with the prime minister over his decision to name government’s nominee, especially in a context where cross-party consensus is a must. This is more significant in a duopolistic environment where alternative majorities in parliament are impossible to achieve”. Hekk stqarr editorjal eċċellenti mill-ġurnal Malta Today bit-titlu “When transparency is a game of pick and choose” maħruġ il-bieraħ.
M’inix ser nidħol fil-mertu ta’ jekk l-Imħallef imsemmija min Robert Abela hijiexi donea jew le għal kariga ta’ Prim Imħallef u wisq inqas m’iniex ser nidħol fil-mertu ta’ jekk l-imsemmija mħallef għandhiex il-kwalifiċi meħtieġa għal kariga. Id-dibattitu hawn mhuwiex marbut mal-persuna tal-Imħallef imsemmija. Anzi huwa propju l-fatt li l-Prim Ministru Robert Abela bl-imġiba nfantili tiegħu espona lill-imsemmija mħallef għal dak it-tip ta’ dibattitu li huwa d-dibattitu li qed iqajjem tant tħassib.
Prim Ministru li kien jaf li billi jaqbad u jressaq l-isem ‘il quddiem mingħajr il-kunsens meħtieġ kien sejjer biss jippolitiċizza din il-kwistjoni delikata u jesponi membri tal-ġudikatura, li huwa essenzjali li jibqgħu dejjem igawdu l-istima u r-rispett tal-pubbliku, għal dan it-tip ta’ dibattitu.
Huwa tal-mistħija li Robert Abela fil-paniku politiku li għandu lest jasal sa dan il-livell baxx li jipperikola r-rispett u l-istima pubblika lejn il-ġudikatura f’pajjiżna. X’differenza meta wieħed ikejjel din l-imġiba ma’ dik tal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg li ra li fi kliemu u b’għemilu fl-ebda ħin u mument ma juri jew jesponi ebda membru tal-ġudikattura għal kwalsiasi dibattitu mhux dekoruż għal kariga u li ra li kemm jista’ jkun possibbli jżomm il-politika partiġjana assolutament ‘il barra min dan id-dibattitu.
Jgħidu li bniedem għandek tkejlu b’għemilu u mhux bi kliemu biss. Tassew qegħdin naraw kif jekk nużaw din ir-riga f’Alex Borg għandna mexxej li jifhem il-piż kostituzzjonali ta’ tali kariga u jifhem li l-interess nazzjonali għandu dejjem jiżboq kull interess partiġġjan filwaqt li f’Robert Abela għandna Prim Ministru bla prudenza u bla etika li lest jasal għalkollox sabiex jipprova jiskorja xi punt politiku; anke jekk biex jagħmel dan irid jagħmel ħsara lill-interess nazzjonali u jesponi lil min ħaqqu stima u rispett kontinwu għar-redikolu.
L-appell għal maturita min Robert Abela jmur lil hinn mill-politika tal-blu u aħmar. Anke l-Kamra tal-Avukati, li m’għandha ebda interess partiġġjan, fi stqarrija ftit tal-jiem ilu kienet stqarret, “Fid-dawl tad-delikatezza u l-importanza ta’ din il-kariga, il-Kamra tal-Avukati kienet tistenna li l-partiti politiċi jaslu għal qbil dwar l-isem tal-persuna magħżula qabel ma dan jiġi diskuss jew imxandar fil-pubbliku, sabiex jiġi evitat li ħatra daqshekk sensittiva tispiċċa strumentalizzata politikament. Barra minn hekk, il-Kamra tal-Avukati tikkundanna bla ebda riżerva l-attakki personali li qed isiru fuq il-mezzi tal-midja soċjali fil-konfront tal-membru tal-ġudikatura li ssemma fil-midja ftit tal-jiem ilu bħala kandidat għal din il-kariga. Il-ġudikanti tagħna huma persuni li jaqdu dmirijiethom b’serjetà u b’dedikazzjoni, u kwalunkwe attakk fuq l-integrità tagħhom huwa inammissibbli. Il-Kamra tfakkar li l-ġudikatura trid tkun tista’ taħdem b’serenità, kemm matul dan il-proċess kif ukoll wara, u għaldaqstant għażla ta’ din in-natura m’għandhiex issir jew tiġi trattata bħala qorti pubblika”.
F’ġieħ is-sewwa, f’ġieħ l-interess nazzjonali, f’ġieħ ir-rispett dovut u meħtieġ lejn kull membru tal-ġudikatura u f’ġieħ il-ġustizzja f’pajjiżna jeħtieġ li l-Prim Ministru jieqaf b’dan il-logħob illum qabel għada.
Dan l-artiklu deher f’In-Nazzjon tal-Ħamis 5 ta’ Frar, 2026.
//= $special ?>

