Raġel ta’ 24 sena ngħata l-libertà proviżorja mill-Qorti wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ serq ta’ ġiżirana tad-deheb li allegatament seħħ kważi sentejn ilu. Zion Mallia, residenti Ħaż-Żebbuġ, jinsab akkużat li fit-23 ta’ Ġunju 2024 seraq ġiżirana u li kien fil-pussess ta’ oġġetti misruqa. Huwa tressaq quddiem il-Qorti fejn iddikjara li ma jammettix l-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża, immexxija mill-Avukat Franco Debono, talbet il-ħelsien mill-arrest, filwaqt li nnotat li għadda perjodu twil ta’ żmien minn meta allegatament seħħ il-każ. Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għat-talba, bil-kundizzjoni li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-libertà proviżorja u ordnat li l-imputat jiffirma l-bail book darbtejn fil-ġimgħa. Ġiet imposta wkoll garanzija personali ta’ €5,000.
Il-każ kien presedut mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Ġenerali Nicholas De Gaetano, assistit mill-Ispettur tal-Pulizija Gabriel Kitcher, filwaqt li għall-imputat dehru l-avukati Franco Debono u Adreana Zammit.
//= $special ?>

