Hibernians 2 Żabbar St. Patrick’s 1
Rebħa importanti għal Hibernians fis-Centenary Stadium li permezz tagħha telgħu fit-tielet post fil-klassifika b’disa’ punti filwaqt li bir-raba’ telfa minn daqstant partiti Żabbar St.Patrick’s baqgħu mingħajr ebda punt flimkien ma’ Tarxien Rainbows u Mosta.
Fis-27 minuta Hibernians marru fil-vantaġġ wara li minn azzjoni ta’ Denys Morenkov kien CLEITON MENDONCA PADILHA għeleb lil Manuel Issufe Djalo. 1 – 0 skor li bih intemmet l-ewwel taqsima.
Fl-54 minuta Hibernians irduppaw. Foul ta’ Mayron Marques fuq Mendonca Padilha. Minn penalty LIMA DUARTE LOPES għeleb mill-ġdid lil Djalo. Reazzjoni minn Żabbar li fil-71 minuta naqqsu l-iskor permezz ta’ PEDRO SANTIAGO CEJAS li għeleb lil Constantin Branescu. Gowl li ma kienx biżżejjed biex Żabbar jiksbu xi punti minn din il-partita.
//= $special ?>

