Sport

Rebħa oħra għal Naxxar Lions

Naxxar Lions   5           Mosta    0

Bit-tieni rebħa minn erba’ partiti Naxxar Lions telgħu f’nofs il-klassifika b’sitt punti daqs Birkirkara filwaqt li Mosta baqgħu mingħajr punt f’erba’ partiti.

Fis-Centenary Stadium, id-difiża ta’ Mosta żammet biss sal-mument li Naxxar Lions fetħu l-iskor fis-26 minuta wara li JOAO VICTOR SOUZA DOS SANTOS għeleb lil Akpan Udoh. Żewġ minuti wara Naxxar Lions għamlu l-iskor 2 – 0 permezz ta’ VINICIUS FERREIRA DE JESUS . F’nuqqas ta’ reazzjoni minn Mosta, Naxxar approfittaw tant li fit-42 minuta kabbru l-iskor permezz ta’ JOAO VICTOR MOURA CARDOSO li minn corner ta’ Pace Cocks bir-ras għeleb lil Akpan. 3 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

L-andament matul it-tieni taqsima ftit li xejn inbidel l-aktar wara li fis-66 minuta GABRIEL COSTA GONCALVES bir-ras minn corner ta’ Neil Pace Cocks għamel l-iskor 4 – 0 . Sitt minuti wara l-iskor sar 5 – 0 wara li NDALU LUIS PAHAMA minn azzjoni ta’ Ferreira de Jesus għeleb lil Jayden Farrugia li minuti qabel kien ha post Akpan Udoh. Skor li baqa’ l-istess sa tmiem il-partita.