Sport

Riżultat ġust

Valletta     0           Floriana   0

Riżultat ġust f’Tony Bezzina Stadium f’partita bbilanċjata li ma għamel ebda tibdil fil-klassifika fejn filwaqt li Floriana żammew il-pass ta’ Gżira b’10 punti, l-istess Valletta li fit-tielet post żammew il-pass ma’ Ħamrun Spartans bi 8 punti.

Fit-18-il minuta wara freekick ta’ Jake Grech, kien Alen Kurtalic li bir-ras xeħet għoli filwaqt li erba’ minuti wara għamel l-istess Zack Scerri għal Floriana.

Fis-27 minuta azzjoni ta’ Valletta fejn Basher Adebayo għadda lejn Sava Radic li xeħet għoli u fil-31 minuta l-istess Radic falla fuq freekick ta’ Brandon Paiber.

Fil-55 minuta, xutt fil-baxx ta’ Keith Brewer salvat minn Guillherme Cioletti li fis-60 minuta salva wkoll fuq Paiber.